Għotja ta kotba f’Jum l-Awtiżmu

Il-Ministru għal Għawdex Onor. Clint Camilleri flimkien mad-Direttur EcoGozo s-Sur Joseph Cutajar u Silvana Sultana, għalliema ma’ EcoGozo, żaru l-iskola tagħna biex jippreżentaw għotja ta’ kotba u riżorsi għat-tagħlim ta’ tfal bl-awtiżmu. Nirringrazzjawhom għal din l-għotja li se tgħin iktar biex tfal bl-awtiżmu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom. Eco-Gozo A Better Gozo