F’ġabra li saret mill-istaff tal-iskola tagħna nġabret is-somma ta’ €200 biex tingħata għal għan nobbli b’suffraġju għal ruħ Esther Grech, omm il-Kap tal-iskola. Il-Kap tal-iskola Ms Grech uriet ix-xewqa li d-donazzjoni tmur għall-Kappella tal-Ewkaristija fil-parroċċa ta’ San Ġorġ. L-istudenti min-naħa tagħhom ippreżentaw lill-Kap tal-iskola kartolina ta’ simpatija.





