F’għeluq is-sena Ġużeppina imnedija mill-Papa Franġisku (2020-21) l-iskola tagħna ġiet ikkonsagrata lil San Ġużepp. L-Isqof t’Għawdex Anton Teuma bierek statwa ta’ San Ġużepp li ġiet inawgurata fil-kuritur tal-iskola. L-Isqof ġie mogħti rigal maħdum fil-ġibs mill-istudenti tal-iskola bħala tifkira.Għal din l-attività attendew ukoll il-Prinċipal tal-Kulleġġ Dr Sean Zammit u d-Direttur Spiritwali Dun Salv Vella.




















