Fl-istaff meeting tal-lum kellna bħala mistieden lis-Sur Carm Cachia li kellemna dwar il-Professur Ġużè Aquilina, li għalih hija msemmija l-iskola tagħna. Kemm hi ħaġa sabiħa li tara għalliem, li għalkemm issa pensjonant, jibqa’ jgħallem b’passjoni kbira. Żgur li ħafna minna l-għalliema erġajna ġeddidna l-memorja ta’ meta konna studenti fil-klassi tas-Sur Cachia



