Is-Sinjura Miriam Vella, Mart il-President ta’ Malta, fostna l-iskola

Nhar it-30 ta’ Novembru 2022 kellna l-unur li nilqgħu fostna mart il-President ta’ Malta, is-Sinjura Miriam Vella. Il-Kap tal-iskola ppreżentat diversi rigali lil Mrs Vella fosthom pittura u presepju tal-ġibs magħmula mill-istudenti tal-iSpecial Unit bil-għajnuna tal-għalliema tagħhom u żejt taż-żebbuġa prodott miż-żebbuġ li nqata’ mill-istudenti tagħna mis-siġar li jinsabu fl-iskola tagħna stess. Il-Kunsill tal-istudenti ppreżenta wkoll donazzjoni f’isem sħabhom l-istudenti. Nirringrazzjaw lil Mrs Vella li għal darb’oħra żaret l-iskola tagħna.