Illum huwa Jum Dun Karm, il-Poeta Nazzjonali tagħna. Filgħodu l-istudenti tal-Year 4.1 u Year 4.2 hejjewlna ftit informazzjoni dwar Dun Karm, ħajtu u x-xogħlijiet tiegħu. Qrawlna wkoll il-poeżija tiegħu “Il-Kanarin tiegħi”. U hawnhekk ingħaqad magħna Dun Karm u miegħu ġab l-għasfur tiegħu isfar lellux. Tfal agħmlu bħal Dun Karm u ħobbu l-Ilsien Malti.
